Investiment Ta’ €170,000 Biex Ikunu Mgħejjuna L-Kmamar tan-Nar
Invetisment mill-Gvern, ta’ €170,000 se jkun qed jgħin lill-kmamar tan-nar f’pajjiżna.
Dan intqal minn Albert Marshall; Ċermen tal-kunsill Malti għall-Arti fejn spjega kif kull kamra tan-nar tista’ tgawdi minn €5,000 mill-iskema għal diversi proġetti marbuta mal-piroteknika fosthom fl-għodda għall-manifattura tan-nar, tagħlim u apparat tas-sigurtà fil-kmamar tan-nar.
Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, Josè Herrera saħaq li l-Gvern se jinvesti f’dan is-settur biex jissalvagwardja u jsostni l-kultura u l-ħaddiema.
Fisser kif il-logħob tan-nar kompla jikber u jissaħħaħ mal-medda taż-żmien u permezz ta’ dan l-investiment, din it-tradizzjoni se tkun aktar assigurata.
Ritratt: InterContinental Malta