Ipoġġi Komdu Quddiem L-Antiporta Tal-Palazz Tal-President
Ġibdilna l-attenzjoni u ġiegħelna niggustawh… il-pagun li f’San Anton donnha d-dar naturali tiegħu u li ddeċieda li jpoġġi quddiem l-antiporta tal-Palazz tal-President.
Sandro Mangion, li jaħdem fl-Uffiċċju tal-President tella’ ritratt il-ġmiel tiegħu bil-frażi b’sens umoristiku: “Kemm ngħaddi waħda, jekk jogħġbok…” u ma stajnhiex ma niggustawhx.
Kemm hi sabiħa u sinjura n-natura.