Ir-Regatta Skedata Għad-29 ta’ Mejju

 Ir-Regatta Skedata Għad-29 ta’ Mejju

L-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif ieħor ħabbret li r-regatta li kella isir fil-31 ta’ Marzu issa ser issir is-Sibt 29 ta’ Mejju.

Ir-restrizzjonijiet li kompliet iġib magħha l-pandemija tal-Covid-19 waslet sabiex ir-regatta kellha tiġi posposta f’Marzu li għadda u wara li bdew jitneħħew il-miżuri, ġie deċiż li din ir-regatta isir fl-aħħar sibt ta’ Mejju.

Bormla huwa l-aħħar distrett li rebaħ l-edizzjoni ta’ Marzu, propju fl-2019 minħabba li l-edizzjoni tal-2020 ma’ kienitx saret. Huma kienu rebħu wkoll Kategorija B bid-distrett ta’ Birżebbuġa jirbħu t-tellieqa tan-nisa.

Ir-regatta ta’ Settembru li għadda, r-regatta ta’ Jum il-Vitorja, kienet ġiet mirbuħa mill-Marsa filwaqt li Kategorija B ġiet mirbuħa minn Birżżebuġa. Id-distrett tal-Birgu żammew ix-shield tan-nisa.

 

Ritratt: Times of Malta

 

 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com