Is-Sess U L-Covid-19: Min Mhux Qiegħed F’Relazzjoni X’Għandu Jagħmel?

 Is-Sess U L-Covid-19: Min Mhux Qiegħed F’Relazzjoni X’Għandu Jagħmel?

Hekk kif f’diversi pajjiżi qed jibdew jonqsu r-restrizzjonijiet relatati mad-distanza soċjali, issa aktar persuni jistgħu jerġgħu jibdew jiltaqgħu ma persuni li ma jgħixux fl-istess dar magħhom, u b’hekk jistgħu anki jagħmlu s-sess ma’ dawn il-persuni.

Intant, l-NGO Ingliża Terrence Higgins Trust, li hija NGO li tikkampanja dwar is-saħħa sesswali, ħarġet linji gwida dwar x’wieħed għandu jagħmel f’dawn iċ-ċirkustanzi.

It-Terrence Higgins Trust tinsisti li l-aqwa partner sesswali tiegħek innifsek huwa int, u li b’hekk, jekk mhux qiegħed f’relazzjoni stabbli, idealment tuża ġugarelli sesswali u metodi ta’ masturbazzjoni minflok ma jkollok x’taqsam ma’ persuni oħrajn. “Il-masturbazzjoni, ġugarelli sesswali jew li jkollok sess fuq it-telefon jew online huma rrakkomandati bħala l-iktar għażliet siguri”.

Il-parir ta’ din l-NGO huwa biex jekk qed tagħmel sess ma’ nies li ma tgħix magħhom, huwa importanti li tillimita n-numru ta’ sħab li jkollok. “In-nies għandhom jevitaw il-bews, jilbsu l-maskra waqt is-sess u jagħżlu pożizzjonijiet li mhumiex wiċċ imb’wiċċ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com