Isofri Ġrieħi Waqt Li Beda Jagħmel Xogħol Bil-Grinder

Ilbieraħ, għal xi d-21.15, il-Pulizija ġiet infurmata mill-isptar Mater Dei li kien għadu kemm iddaħħal raġel li sofra xi ġrieħi bi grinder fil-Mellieħa.
Intqal li r-raġel ta’ 65 sena, residenti l-Marsa, sofra xi ġrieħi waqt li beda jagħmel xi xogħol bil-grinder ġewwa boathouse fi Triq l-Armier iż-Żgħir.
Tim mediku ta l-ewwel għajnuna fuq il-post, ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.