ISSA UFFIĊJALI – L-Irlanda Ta’ Fuq, Kosovo u Kazakhstan Fi Friendlies Kontra Malta Fl-Awstrija

 ISSA UFFIĊJALI – L-Irlanda Ta’ Fuq, Kosovo u Kazakhstan Fi Friendlies Kontra Malta Fl-Awstrija

Damet ftit ma’ waslet il-konferma iżda biex torganizza l-logħbiet bħal dawn ta’ livell internazzjonali jirrikjedi diskussjonijiet twal li fihom tkun kważi wasalt, taħseb li wasalt u mhux l-ewwel darba li fl-aħħar ħin jaqa’ kollox.

Madankollu issa huma uffiċjali t-tliet logħbiet ta’ ħbiberija li t-Tim Nazzjonali se jilgħab fil-jiem li ġejjin waqt training camp rigoruż fl-Awstrija.

Kollox jibda kontra l-Irlanda ta’ Fuq fi Klagenfurt nhar it-Tnejn 31 ta’ Mejju, fl-4 ta’ Ġunju fl-istess belt partita ta’ ħbiberija kontra l-Kosovo, qabel l-aħħar partita f’Wolfsberg kontra l-Kazakhstan nhar is-Sette Guigno.

Anke t-Tim Malti ta’ taħt il-21 sena se jkun training camp barra l-pajjiż, eżattament fis-Slovenja, fl-ewwel opportunita għall-kowċ il-ġdid Gilbert Agius biex jara mill-viċin lil dan il-grupp ferm żagħżugħ ta’ players neqsin mill-esperjenza fix-xena nternazzjonali.

It-Tim Malti U21 għandu żewġ logħbiet kontra l-Qatar U23, nhar is-Sibt 29 u l-Ħadd 30 ta’ Mejju li ġej hekk kif dawn ikunu għaddejjin bl-aħħar preparamenti tagħhom qabel imorru l-Ġappun għall-Olimpjadi f’Tokyo, it-Tim Malti taż-żgħażagħ jilgħab ukoll partita ta’ ħbiberija oħra kontra l-Bożnija Herżegovina nhar l-4 ta’ Ġunju illi ġej.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com