Issa Uffiċjali Man City Champions.. Telfa Għall-Kuġini Tikkonferma R-Rebħ Tal-Kampjonat

 Issa Uffiċjali Man City Champions.. Telfa Għall-Kuġini Tikkonferma R-Rebħ Tal-Kampjonat
Manager ġenju Pep Guardiola iddikjara li dan it-tielet Premier League mirbuħ bih bħala manager għal Manchetser City kien l-aktar wieħed iebes.
Il-ħames titlu għas-City f’għaxar snin, suċċess meritat b’taħlita ta’ pussess u pressing, personalita, tattika u fuq kollox teknika ta’ players bħal Kevin De Bruyne u ż-żagħżugħ emerġenti Phil Foden li ħafna qed jistennew affarijiet kbar minn dan il-player li għadu fil-fjur tal-karriera tiegħu.
Li Manchester City kienu se jsiru Champions konna ilna nafu, iżda s-siġill, il-konferma waslet it-Tlieta b’telfa għal Manchester United f’darhom kontra Leicester City bl-iskor ta’ 2-1.
Issa verament jonqos ftit logħbiet, l-istess Red Devils iżommu t-tieni post, fadlilhom tliet logħbiet x’jilgħabu massimu ta’ disa’ punti x’jirbħu, Manchester City jinsabu għaxar punti fuqhom.
It-Tlieta Manchester United kienu kostretti jdgħajfu t-tim, wisq logħbiet f’xulxin, għada stess (il-Ħamis) jerġgħu jilgħabu, jospitaw lir-rivali kbar tagħhom Liverpool.
Red Devils li f’moħħhom għandhom ukol il-finali tal-UEFA Europa League kontra l-Ispanjoli Villarreal bħal-lum l-Erbgħa ġimgħatejn.
Anke Manchester City jfittxu li jirbħu t-treble, diġa kisbu l-Carabao Cup b’rebħa fil-finali 1-0 f’Wembley Stadium fuq Tottenham, naturallment il-Kampjonat, nhar is-Sibt 29 ta’ Mejju jittamaw li jagħlqu staġun fantastiku bir-rebħ tal-ewwel UEFA Champions League u Champions Ewropej, fil-finali quddiemhom jerġgħu isibu lil Chelsea li fl-aħħar tliet ġimgħat bejn Kampjonat u FA Cup rebħulhom darbtejn.
Lura għal-Premier League, illejla Chelsea jospitaw lil Arsenal, ilbieraħ ukoll apparti l-logħba f’Old Trafford, Southampton għelbu f’darhom lil Crystal Palace 3-1.
Il-Ħamis, Aston Villa jospitaw lil Everton, apparti naturallment il-partita mistennija f’Old Trafford bejn Manchester United u Liverpool.
Insomma l-Premier League riesaq lejn l-aħħar tiegħu dan l-istaġun, iżda ċertament li l-emozzjonijiet ma’ jieqfu qatt.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com