It-Taqtiegħa Għall-Ewwel Erbgħa Fis-Serie A.. Juventus B’Ċans Tajjeb Li Jgħaddu Mit-Tieqa U Jħallu lil Milan Barra

 It-Taqtiegħa Għall-Ewwel Erbgħa Fis-Serie A.. Juventus B’Ċans Tajjeb Li Jgħaddu Mit-Tieqa U Jħallu lil Milan Barra

Serie A 

Tmiem drammatiku anke fis-Serie A, jonqos l-aħħar 90 minuta għal kull tim u t-taqtiegħa għall-ewwel erba’ postijiet u kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League l-istaġun li ġej mistennija tibqa sal-aħħar.

Inter naturallment Champions ġewwa żġur, wara t-telfa kontroversjali għand Juventus nhar is-Sibt, huma baqgħu bi 88 punt.

Magħhom ġewwa ukoll Atalanta li għandhom 78 punt wara rebħa 4-3 is-Sibt għand Genoa.

Napoli suppost jagħmluha ukoll, qed jilgħabu tajjeb, il-Ħadd rebħu 2-0 għand Fiorentina, kontra tim tal-Vjola li fl-aħħar ġimgħat f’daru ċaħħad kemm lil Juventus u anke lil Lazio, Partenopei il-Ħadd m’għandhomx ifallu f”darhom kontra tim trankwill f’nofs il-klassifika bħal m’huma Verona.

Tibqa t-taqtiegħa ħarxa għall-ewwel erba’ postijiet bejn l-arċi rivali Milan u Juventus.

Attwalment Milan b’76 punt jinsabu punt fuq Juventus, iżda l-aħħar 90 minuta huma differenti għaż-żewġ timijiet, għaliex Milan iridu jmorru għand it-tim fil-forma Atalanta f’logħba ferm diffiċli għat-tim tal-kowċ Stefano Pioli, għal Juventus suppost faċli fi Stadio Dall’Ara kontra tim ieħor diġa moħħu mistrieħa minn kull biża tar-relegazzjoni, jiġifieri Bologna.

Wieħed irid iżda jżomm f’moħħu ukoll li qabel dawn il-logħbiet finali mis-Serie A għal dan l-istaġun, nhar l-Erbgħa hemm il-finali tal-Coppa Italia bejn żewġ naħat li qiegħdin fl-istorja kollha, Atalanta kontra Juventus, b’tal-ewwel se jkunu qed jagħmlu minn kollox biex jirbħu l-ewwel unur maġġuri tagħhom, kontra tim espert f’dan il-livell li jgħolli t-tazzi, tal-inqas domestikament, iżda wieħed irid jara kif il-kowċ Juventin Andrea Pirlo se jamministra l-iskwadra tiegħu b’xi turn-over jew tnejn f’ġimgħa kruċjali għat-tim Juventin u għad-destin tal-klabb fiż-żmien illi ġej.

Lura għall-kampjonat, għalkemm jinsabu punt inqas minn Milan, Juventus jidhru favoriti li fl-aħħar logħba jiksbu r-raba’ post, kollox għadu jista jiġri, qed nitkellmu kif fuq il-karta jista’ jiżvolġi l-aħħar rawnd tas-Serie A, Milan kollu t-tort tagħhom li ġejna llum nitkellmu b’dan il-mod, wara li fl-aħħar jiem skurjaw għaxar gowls f’żewġ logħbiet f’Turin, sebgħa kontra Torino u saħansitra tlieta kontra l-istess Juventus, ħadd ma’ stenna l-Ħadd li f’darhom kontra Cagliari ma’ jsibux ix-xibka l-anqas darba, biex il-konfront intemm fi draw ta’ mingħajr gowls u żewġ punti deheb imwaqqa mir-RossoNeri fl-isfida tagħhom biex fl-istaġun li ġej wara ħafna żmien jerġgħu jikkompetu fil-UEFA Champions League.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com