Ix-Xitan Jista’ Jidħol Ġo Fik? U Kif?
Hawn min iħobb jara films dwar l-eżorċiżmu. Eżorċiżmu huwa r-rit li jsir biex jitneħħa jew jitkeċċa x-xitan mill-bnedmin.
Imma x-xitan, kif jidħol ġo fik?
Jingħad li x-xitan mhuwhiex Alla ħażin. Primarjament, ix-xitan mhux alla. Eżorċisti bħal Fr. Franco Fenech, lura fiż-żmien fi programmi televiżivi bħal Xarabank kien tenna li jrid ikun il-persuna nnifisha li tiftaħlu l-bieb biex xitan jidħol fiha.
Modi kif:
-li tilgħab ma’ dawn is-suġġetti
-li tmur għall-qari tax-xorti
-li tgħix ħajja xxellerata
-permezz tas-sataniżmu u bosta oħrajn.
Dejjem importanti li int ma tissugrax għaliex dawn mhumhiex affarijiet tal-logħob jew taċ-ċajt.