Il-Ministru t’Għawdex Clint Camilleri lbieraħ filgħaxija tella’ ritratt ta’ żewġ fast ferries mgħobbija abbord vapur tat-trasport li waslu fil-Port il-Kbir.
Dan biex jibdew jaħdmu r-rotta domestika bejn il-port tal-Imġarr f’għawdex u l-Port il-Kbir fil-Belt.
Dan mistenni li jibda f’Ġunju li ġej.