Jason Micallef Iddispjaċut Dwar Obbligu Li Ma Nżammx Mill-Eżekuttiv Tal-PL

Fuq il-midja soċjali tiegħu, Jason Micallef wera l-ħsieb tiegħu dwar il-materja tal-kannabis fejn saħaq, li fi kwistjoni sensittiva bħal din, l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL kellu obbligu li jlaqqa’ l-ewwel lid-delegati permezz ta’ Konferenza Ġenerali Straordinarja.
“Din proċedura li toħroġ mill-istess statut tal-PL fuq policy jew materji sensittivi bħal dak li qed jiġi propost u cioe li l-Kannabis (il-ħaxixa) tkun legalizzata.”
Tenna li hu ma jaqbilx u kien jivvota Le filwaqt li qal li jinsab inkorlat u ddispjaċut ħafna dwar dan il-fatt.