Jeħel Multa Ta’ €6,000 Talli Hedded U Weġġa’ Pulizija
Mathis Roger Pierre Ravel, Franċiż ta’ 18-il sena ġie mmultat €6,000 wara li rreżista, hedded u anke weġġa’ pulizija nhar il-Ħadd li għadda f’Pembroke.
Dan meta l-pulizija marru fis-sit ta’ Natura 2000 fejn kien hemm grupp kbir ta’ żgħażagħ jiddevertu waqt li kienu qed jiksru r-regoli tal-Covid-19 li jgħidu fost oħrajn, li l-gruppi jridu jkunu jammontaw għal 4 persuni biss.
Il-każ ġara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu.
Il-Franċiż ammetta l-akkużi kontrieh u l-Maġistrat Nadine Lia tagħtu sentenza sospiża ta’ sentejn ħabs u multa ta’ €6,000 li trid titħallas fi żmien 6 xhur.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jonathan Cassar.
Ritratt: Facebook/ The Malta Police Force