“Jekk Tinbena Din Il-Kamra Se Tirrovina Żona B’Veduti Mill-Isbaħ”

Is-Sindku tal-Qala Paul Buttigieg ilbieraħ attenda l-qorti biex jiddefendi l-ħsieb ta’ bini ta’ kamra f’żona barra l-iżvilupp fil-limiti tal-Qala, qrib Ħondoq ir-Rummien.
Huwa rrappreżenta l-Kunsill Lokali tal-Qala. Saħaq li jekk tinbena din il-kamra, se tkun struttura f’żona mhux mittiefsa. “Din ser tkun tidher mill-bogħod u se tirrovina żona li fiha veduti mill-isbaħ.”