Jesploraw Il-Vapur Tal-Art U L-Linji Ferrovjarji Taħt L-Art Ma’ Jack Ta 3 Snin
Conrad u Konrad; wieħed l-esploratur li rajna diversi drabi jtina tagħrif dwar imkejjen interessanti f’pajjiżna u l-ieħor huwa missier Jack. X’għamlu flimkien dawn it-tlieta?
Jack għandu 3 snin u diġà qed juri interess fl-esplorazzjoni. Żaru l-linji ferrovjarji li biċċa minnhom jgħaddu minn mina taħt l-art li hija twila madwar 700 metru. Tibda mill-Imtarfa fejn hemm illum hemm restorant u tiżbokka fir-Rabat ftit l’isfel fejn kien hemm diskoteka li kien magħruf bħala t-Tattengers.
Jack kien verament ħerqan, qalilna Conrad tant li kien kuraġġuż anke f’partijiet mudlama.
Tajjeb jingħad li l-vapur tal-art, kif kienu jsejħulu l-Maltin baqa’ jopera sal-1931.
Segwu hawnhekk l-avventura tagħhom u ammiraw liċ-ċkejken Jack: