Jinħoloq Spazju Miftuħ Ġdid Fil-Ħamrun
Il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun għadu kif ippreżenta l-aħħar fażijiet ta’ proġett ieħor favur ir-residenti fejn ħoloq spazju miftuħ fi Triq il-Franġiskani.
Qalu li dan kien sfida oħra favur ambjent aħjar li jixraq lir-residenti Ħamruniżi fejn anke ressqu numru ta’ parkeġġi biex ġiet organizzata aħjar din iż-żona.
Dan qed isir biex ikunu attirati aktar familji lejn il-Ħamrun. Il-proġett mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.