Jinqabdu €11,385 Fi Flus Kontanti Mhux Iddikjarati Fl-Ajruport

 Jinqabdu €11,385 Fi Flus Kontanti Mhux Iddikjarati Fl-Ajruport

Ilbieraħ filgħaxija, persuna ta’ nazzjonalità Maltija li kienet sejra fuq titjira lejn Istanbul issejħet mit-tim ta’ kontra l-ħasil ta’ flus biex issirilha tfittxija fejn instabu €11,385 fi flus kontanti li ma kinux iddikjarati.

Meta mistoqsija dwar kemm flus kellha fuqha, tenniet li kellha anqas minn €10,000 fejn imbagħad instabu €1,385 oħra.

Il-passiġġiera kienet immultata u tħalliet tkoompli bil-vjaġġ tagħha.

F’dawn l-aħħar 5 snin, id-Dwana interċettat mal-€2,439,309.

Id-dwana tħeġġeġ lil kull min ikollu xi tip ta’ informazzjoni li tista’ tgħin, ikun apprezzat li ċċempel fuq 2568 5124 b’mod annonimu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com