Jipprotestaw Kontra L-President Dwar Kif Mexxa Fil-Kriżi Tal-Covid
Bosta kienu dawk li pprotestaw fil-Brażil dwar il-mod kif il-Gvern immexxi mill-President Jair Bolsonaro, mexa fil-kriżi li hemm fil-pajjiż minħabba l-Covid-19.
Eluf inġabru fil-Kapitali Brasilia quddiem il-Kungress fejn l-għajta tagħhom kienet favur aktar dożi tal-vaċċin. Dimostranti nġabru wkoll f’Rio de Janeiro u f’ibliet oħra.
Jidher li l-popolarità tal-President Jair Bolsonaro naqset bil-kbir matul il-pandemija.
Sa issa, l-Brażil irreġistra mal-460,000 mewt; it-tieni l-aktar fid-dinja wara l-Istati Uniti. Huwa t-tielet l-aktar pajjiż li għandu każi attivi, fejn dawn jammontaw għal aktar minn 16-il miljun.