Jitħabbar It-Tieni Rawnd Tal-Vawċers Ta’ €100 Mill-Gvern Lill-Poplu

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar it-tieni rawnd tal-vouchers ta’ €100 lil kull persuna ’l fuq minn 16-il sena se jieħu. Dan għamlu f’konferenza tal-aħbarijiet minn Kastilja flimkien mal-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri.
Din hija mistennija li tkun injezzjoni ta’ €50 miljun fl-ekonomija ta’ pajjiżna. Il-vawċers ser jibdew jitqassmu mis-7 ta’ Ġunju li ġej.
Il-vawċers ser ikunu jistgħu jintużaw hekk: €60 fir-ristoranti, bars u stabbilimenti oħra tal-ikel u lukandi fost oħrajn u €40 oħra, fi stabbilimenti tas-sbuħija u ħwienet oħra bħal tal-ħwejjeġ fost oħrajn.
Il-vawċers ser jibqgħu validi sal-15 ta’ Settembru li 2021. Intqal li din se tkun parti min-numru ta’ miżuri li l-Gvern ħa favur l-irkupru mill-pandemija tal-Covid-19.