Jitlestew Ix-Xogħlijiet U Jingħata T-Tarmak Fi Triq It-Torri Ta’ Kenuna B’valur Ta’ Madwar €600,000
Waqt żjara li għamel fi Triq it-Torri ta’ Kenuna, in-Nadur, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri stqarr li f’din it-triq saru xogħlijiet li jammontaw għal madwar €600,000 u ngħata b’1,600 metru kwadru ta’ tarmak.
Il-Ministru Camilleri spjega li, “Din it-triq li kienet qed taqa’ nbniet mill-ġdid, sar it-tħammil tat-triq, inbena r-retaining wall ta’ taħt it-triq, ġew mgħoddija servizzi ġodda tal-ilma inkluż culvert għas-servizzi tal-elettriku, saru bankini ġodda u ġie pavimentat il-belvedere. Fil-fatt, inbena belvedere ġdid bil-veduti tal-gżejjer Maltin.”
Min-naħa tiegħu, is-Sindku tan-Nadur Edward Said irringazzja lill-Ministeru għal Għawdex li rranġa triq oħra mill-qiegħ ġewwa r-raħal tan-Nadur.
Il-Ministru Clint Camilleri temm jgħid li l-Ministeru għal Għawdex se jkompli bil-ħidma infrastrutturali madwar il-gżira sabiex ir-residenti u dawk kollha li jżuru Għawdex igawdu mill-aqwa livell ta’ toroq.