Jitnaddfu mal-40 Triq Arterjali

 Jitnaddfu mal-40 Triq Arterjali

Il-kampanja ‘Insebbħu Pajjiżna’ għaddejja b’ritmu mgħaġġel tant li f’diversi lokalitajiet it-tindif qed isir anke filgħaxija u issa wkoll matul il-lejl bl-iskop li ma jinżammx traffiku, filwaqt li jagħmilha wkoll possibbli li l-kampanja tkun daħlet f’kull lokalità ta’ Malta sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.

L-inizjattiva, issa daħlet fl-10 ġurnata tagħha u għaddiet minn madwar 40 triq arterjali ta’ pajjiżna. Hu stmat li sa issa, din il-kampanja kopriet mill-inqas 210 kilometri ta’ toroq fejn fit-toroq sar knis, tneħħija ta’ ħaxix, żebgħa ġdida ta’ traffic islands u central strips, ħasil ta’ toroq u tindif ta’ tabelli, bdil ta’ bozoz, manutenzjoni fuq bankijiet u għamara oħra tat-triq, installazzjoni ta’ railings ġodda, u tiswijiet ta’ ħitan tas-sejjieħ u tal-franka. Fl-aħħar sigħat beda eżerċizzju ġdid li jara ż-żebgħa ġdida tas-sinjali tat-traffiku mal-art.

Il-kampanja ‘Insebbħu Pajjiżna’ tidħol fl-irħula u żoni residenzjali.

Il-kampanja ‘Insebbħu Pajjiżna’ hi kkordinata mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni, bis-sehem ta’ bejn 450 u 700 ħaddiem skont il-ħtieġa, li jaħdmu f’diversi entitajiet u dipartimenti tas-Servizz Pubbliku.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com