Jiżdiedu Għal Tliet Darbiet Fil-Ġimgħa Ż-Żjarat Fid-Djar Tal-Anzjani

 Jiżdiedu Għal Tliet Darbiet Fil-Ġimgħa Ż-Żjarat Fid-Djar Tal-Anzjani

Min-nhar it-Tnejn li ġej, se tkun qed tiddaħħal it-tielet fażi ta’ rilaxx mir-restrizzjonijiet fid-djar tal-anzjani. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia fejn spjega li wara konsultazzjoni mad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, l-Awtorità għall-Istandards għall-Ħarsien Soċjali se timxi lejn din il-fażi ta’ rilaxx ta’ restrizzjonijiet waqt żjarat minn persuni lil qrabathom fid-djar kollha tal-anzjani u fir-Residenza San Vinċenz de Paul.

Għaldaqstant, mit-Tnejn 17 ta’ Mejju 2021, se jidħlu fis-seħħ dawn il-miżuri:

  • Iż-żjarat ta’ 25 minuta ’l waħda se jiżdiedu għal tliet darbiet fil-ġimgħa. Żewġ qraba mill-istess dar jistgħu jżuru resident fid-dar tal-anzjani. B’hekk sa sitt persuni jkunu jistgħu jagħmlu appuntament.
  • Residenti li għandhom id-dimensja jista’ jibqa’ jkollhom żjara ta’ 15-il minuta kuljum. Kull darba jistgħu jżuruhom sa żewġ persuni mill-istess dar.
  • L-ilbies tal-maskri, iż-żamma tad-distanza u miżuri oħrajn iridu jibqgħu jkunu osservati.
  • Dan se jkun jgħodd ukoll għar-Residenza San Vinċenz de Paul.

Tħabbar ukoll li mit-Tnejn 24 ta’ Mejju 2021, se jidħlu fis-seħħ dawn il-miżuri:

  • Iċ-ċentri ta’ matul il-jum ser jerġgħu jinfetħu b’numru ta’ miżuri, fosthom iż-żamma tad-distanza soċjali. Kull ċentru ta’ kuljum ser jkun qed jilqa’ fih anzjani u żewġ membri tal-istaff biex tinżamm id-distanza soċjali. In-numru ta’ anzjani se jkompli jiżdied wara diskussjoni u konsultazzjoni meħtieġa mal-awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika.
  • Djar residenzjali tal-anzjani u r-Residenza San Vincenz de Paul se jibdew jorganizzaw ħarġiet għar-residenti rispettivi tagħhom filwaqt li jirrispettaw is-sistema tal-bubble tal-istess dar
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com