Kelly Clarkson Se Tieħu Post Ellen DeGeneres Fuq US TV

 Kelly Clarkson Se Tieħu Post Ellen DeGeneres Fuq US TV

NBC ikkonfermaw li l-kantanta Kelly Clarkson ser tkun qiegħda tieħu post Ellen DeGeneres fuq US TV. DeGeneres li llum għandha 63, ħabret li l-program tagħha se jieqaf fis-sena 2022 wara 19-il staġun. Il-preżentattriċi DeGeneres qalet li dan qiegħed isir għaliex m’għandhiex tħoss li l-program għadu ta’ sfida għaliha. Jidher li l-popolarità ta’ dan il-program kienet ukoll qiegħda tnaqqas. 

Għaldaqstant NBC ħabbret li The Kelly Clarkson Show, li issa qiegħed fit-tieni staġun tiegħu ser jieħu post il-program ta’ DeGeneres mill-ħarifa tal-2022. Fil-program ta’ Clarkson wieħed jista’ jsegwi diversi mistiedna ta’ fama internazzjonali.

Wieħed ma’ jistax jinsa’ li Clarkson kienet ir-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni ta’ American Idol fl-2002 u l-vuċi wara bosta kanzunetti popolari bħal Since U Been Gone u Stronger. 

Ritratt: The Real Preneur

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com