Kommossjoni Fil-Ħamrun – Bosta karozzi Tal-Pulizija Fi Pjazza Fra Diegu

Ftit tal-ħin ilu, inqalgħet kommossjoni kbira fi Pjazza Fra Diegu fil-Ħamrun eżattament quddiem l-għassa tal-Pulizija fejn madwar 10 karozzi tal-RIU deheru jinġabru fl-istess post.
Magħhom deher raġel arrestat li ddaħħal l-għassa mill-pulizija li ċċirkundaw l-akkwata. Jidher li l-pulizija kienu qed isegwuh minn Santa Venera sa ħdejn l-għassa stess.
Aktar dettalji malli jaslulna.