“Konna Bil-Għaqal U Ħsibna Għal Meta Ġie L-Bżonn’ – Il-Prim Ministru Ottimist Li Ħadd Ma Jitħalla Waħdu

 “Konna Bil-Għaqal U Ħsibna Għal Meta Ġie L-Bżonn’ – Il-Prim Ministru Ottimist Li Ħadd Ma Jitħalla Waħdu

Il-PM Robert Abela beda billi faħħar il-prestazzjoni eċċellenti ta’ Destiny lbieraħ fil-Eurovision Song Contest u qal li żgur li se nisimgħu ħafna iżjed dwarha.

Abela kompla billi qal li l-4 ta’ Ġunju jaħbat sena minn meta kien varat il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li kienet tfisser injezzjoni fl-ekonomija ta’ pajjiżna, ta’ 900 miljun.

Elenka kif mill-bidu tal-pandemija, il-Gvern ħaseb kif jgħin lil dawk kollha milquta b’diversi azzjonijiet favoriehom fosthom il-posponiment tat-taxxi, il-wage supplement li kienet miżura kruċjali li kull niċċa ekonomika f’pajjiżna tgħid li kienet iżjed milli importanti.

Dan kollu għen biex il-qagħad mhux talli refa’ rasu, talli baqa’ ‘at pre-pandemic levels’ tenna l-Prim Ministru. Semma wkoll l-iskema tal-vawċers fejn l-ewwel darba kienu nvestiti 45 miljun ewro u din id-darba, 50 miljun ewro.

Il-Prim Ministru tenna li dan l-investiment ta’ 50 miljun se jkun reċiprokat b’konsum ta’ madwar 100 miljun ewro.

Kompli segwi hawn:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com