Konsenja Ta’ 5,200 Laptop Ma Waslitx Minħabba Skarsezza Fis-Swieq

 Konsenja Ta’ 5,200 Laptop Ma Waslitx Minħabba Skarsezza Fis-Swieq

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Edukazzjoni ċċara s-sitwazzjoni dwar il-laptops li kienu xtraw għall-edukaturi.

Spjega li fl-2016, l-istess Ministeru kien xtara u ta laptop ġdid lil kull għalliem, LSE u KGE fl-iskjellel primarji, medji u sekondarji tal-Istat.

Biex 4 snin wara, kienu allokatli l-finanzi meħtieġa permezz ta’ tender ippublikat li ġie ġġudikat u mirbuħ fl-2020 sabiex jerġgħu jinxtraw laptops ġodda.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni nnota li minn ordni ta’ 6,500 laptop, qed jistenna 5,200 li għadhom ma waslux.

L-ewwel 1,300 laptop ġdid waslu Malta u tqassmu lill-edukaturi l-ġodda jew dawk li kellhom laptops li ma setgħux jissewwew.

Il-kumplament huma mmirati li jingħataw lill-bqija tal-edukaturi li diġa għandhom laqtop li nxtara fl-2016.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni spjega li l-konsenja ta’ 5,200 laptop ma waslitx Malta minħabba skarsezza fis-swieq internazzjonali, wara żieda fid-domanda għal-laptops madwar id-dinja matul il-pandemija.

Spjega li qed isir dak kollu possibli biex titħaffef il-konsenja minn barra ta’ dawn il-laptops, u qed jitlob biex l-ammonti li jkunu jistgħu jintbagħtu, jintbagħtu minnufih.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li se jara li kif il-konsenja, jew parti minnha, tasal Malta, din titqassam minnufih.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com