Kummenti Fuq Ir-Ritratt Li Juri L-Prinċep William Jingħata L-Vaċċin
Ħafna kienu dawk li kkumentaw fuq ritratt li deher fuq il-midja soċjali li juri lil Prinċep William jingħata l-vaċċin tal-COVID-19.
Jidher li l-Prinċep ingħata l-ewwel doża ta’ vaċċin din il-ġimgħa. Fil-kummenti tiegħu l-Prinċep irringrazzja lill-ħaddiema li qegħdin jaħdmu fil-program ta’ tilqim.
Iżda jidher li f’għajnejn bosta l-ikbar aħbar ma kinitx li l-Prinċep ħa l-vaċċin, iżda l-fatt li l-Prinċep jidher b’idejh immuskulati! X’taħsbu intom dwar dan?
Ritratt: BBC