Kwistjonijiet Bejn Il-Pajjiżi Ma Jinħallux Bl-Użu Tal-Forza Militari – Ministru Evarist Bartolo
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, Evarist Bartolo, esprima fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook li kwistjonijiet bejn il-pajjiżi ma jinħallux bl-użu tal-forza militari, iżda bl-użu tar-raġuni u d-diskussjonijiet.
Tkellem fuq l-importanza li nippruvaw nifhmu lil xulxin u niftehmu fejn jidħol ġid komuni u mhux min hu l-aqwa jħawwel. Dan hu dak li wassal il-Ministru Bartolo f’laqgħa li kellu f’Moska mal-istudenti tal-Universita’ MGIMO, l-Istitut Statali tar-Relazzjonijiet Internazzjonali ta’ Moska.
Il-Ministru ddiskuta mal-istudenti kif Malta minkejja li pajjiż ċkejken, irnexxilu jikseb id-dritt li jmexxi lilu nnifsu u żviluppa għall-ġid tal-poplu. Tkellem kif f’dinja ta’ 193 pajjiż, Malta huwa l-iċken 10 pajjiż u jinsab fis-36 post fejn jidħol il-livell t’għixien. Il-Ministru awgura li għalina d-diplomazija tfisser li naħdmu ma’ pajjizi oħra b’mod sensittiv u bil-għaqal.
Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Federazzjoni Russa, Sergey Lavrov nhar it-Tlieta ser jiltaqa’ mal-Ministru Bartolo f’Sochi, hekk kif il-Ministru Malti se ikun qiegħed ir-Russja fuq żjara marbutha mal-ħidma tiegħu. F’din il-laqgħa huma mistennija jaqsmu l-opinjonijiet tagħhom fuq il-kooperazzjoni preżenti u futura bejn Malta u r-Russja, kif ukoll diskussjoni fuq l-aġenda internazzjonali.
Ritratt: One News