L-Arċisqof Jordna Żewġ Djakni Ġodda

 L-Arċisqof Jordna Żewġ Djakni Ġodda

L-Arċisqof Charles J. Scicluna dalgħodu jordna żewġ djakni ġodda. Il-quddiesa saret fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar, fid-9:30 a.m.

Iż-żewġ seminaristi huma Sean Abela mill-Parroċċa ta’ San Pawl, ir-Rabat, u Jean Claude Attard mill-Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il-Għajn.

Permezz ta’ din l-ordinazzjoni, id-djakni l-ġodda jsiru xebh ma’ Ġesù Kristu li ried ikun ‘djaknu’, jiġifieri qaddej ta’ kulħadd. Id-djaknu jiddedika ħajtu għall-qadi bl-imħabba fis-servizz tiegħu lejn il-poplu, jassisti lill-isqof u lis-saċerdoti fiċ-ċelebrazzjoni tal-misteri qaddisa, l-aktar tal-Ewkaristija, jamministra s-sagrament tal-magħmudija, jassisti għaż-żwieġ u jbierku, ixandar l-Evanġelju u jipprietkah, u jmexxi l-funerali.

Kunbinazzjoni l-ordinazzjoni saret f’għeluq snin l-Arċisqof fejn għalaq 61 sena.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com