L-Awstralja Thedded Bil-Ħabs lil Min Jirritorna Mill-Indja
Persuni li jaslu fl-Awstralja mill-Indja, jistgħu jaffaċċjaw sa 5 snin ħabs hekk kif il-pajjiż qed jagħmel minn kollox biex il-virus ma jinxteridx.
Dan tħabbar mill-Gvern Awstraljan ilbieraħ, is-Sibt 1 ta’ Mejju.
Din ir-restrizzjoni sa issa hija mistennija tibqa’ sal-15 ta’ Mejju.
Id-Direttorat tad-Drittijiet Umani Awstraljan saħaq li l-Gvern missu jara kif jagħmel biex joffrilhom kwarantina mhux ibeżża’ bil-ħabs.
Il-ġimgħa li għaddiet, l-Indja kellha rekord ieħor ta’ 385,000 każ ġdid ta’ persuni bil-Covid-19; rekord globali.
Ritratt: BBC.com