L-Eżekuttiv tal-UEFA Japprova Żieda Għal 26 Plejer Fl-Iskwadri Għal EURO 2020

 L-Eżekuttiv tal-UEFA Japprova Żieda Għal 26 Plejer Fl-Iskwadri Għal EURO 2020

It-Tlieta l-Eżekuttiv tal-UEFA approva r-rakkomandazzjoni li l-lista tal-iskwadra msejħa minn-Nazzjonijiet parteċipanti għal din il-manifestazzjoni kbira, Euro 2020, li tibda fil-11 ta’ Ġunju li ġej titla għal 26 player.

Bħala raġuni ewlenija l-UEFA tat is-sitwazzjoni dejjem fluwida bil-pandemija għal din iċ-ċaqlieqa, biex il-kompetizzjoni tibqa għaddejja kif skedat fl-eventwalita li xi nazzjon jinħakem minn kriżi ta’ numru ta’ players pożittivi tul il-kors tal-kompetizzjoni li se ddum għaddejja xahar sħiħ.

Il-UEFA qalet, “Din iż-żieda fin-numru ta’ players fil-kompetizzjoni għal kull tim ġejja mill-fatt li jrid jiġi mitigat ir-riskju li tims jispiċċaw b’nuqqas ta’ players minħabba l-possibilta ta’ dewmien fir-riżultati tal-COVID-19, eventwalment miżuri ta’ kwarantina mposti mill-awtoritajiet konċernati”.

Minkejja din iż-żieda, fil-match sheet għal kull partita tim (nazzjon) xorta jista’ jsejjaħ sa massimu ta’ 23 plejer, dan ifisser li minkejja li jkunu parti mill-kontinġent għal Euro 2020, tliet players jibqgħu barra mill-iskwadra finali għal dik il-partita partikolari u allura jkollhom isegwu l-konfront minn fuq l-istands.

B’hekk jibqa’ fis-seħħ ir-regolament diġa eżistenti li f’logħba tal-kbar fuq livell UEFA irid ikun hemm massimu ta’ 12-il player fuq il-bank tas-sostituti, fosthom tliet goalkeepers.

In-Nazzjonijiet kollha, b’kollox total ta’ 24 għandhom sal-ewwel ta’ Ġunju li ġej biex jissottomettu l-lista finali għal dan il-Kampjonat Ewropew, wara dik id-data, minn dik il-lista bidliet biss huma permessi fl-eventwalita ta’ injuries jew mard serju.

Fiċ-ċirkostanzi li qed ngħixu fihom, il-UEFA qed tikklassifika bħala mard serju anke players pożittivi għal COVID u close contacts ta’ persuni pożittivi u li allura jkollhom joqgħodu f’iżolament.

Għall-fini ta’ integrita, player li għal xi raġuni jew oħra jiġi maqlugħ mill-iskwadra minħabba r-raġunijiet diġa msemmija, dan ma’ jistgħax jerġa jidħol lura fl-iskwadra, għaldaqstant ikolli jaqbad l-ajruplan u jirritorna lura d-dar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com