“L-Għaqda Tiġi Bis-Saħħa Tal-Persważjoni” – Bernard Grech

“Dħalt għar-responsabbiltà ta’ Kap bi ħsibijiet u għanijiet ċari. Ridt li ningħaqdu, niġġeddu u nirnexxu.L-għaqda ma tiġix biss billi nneħħu d-differenzi ta’ bejnietna jew billi naraw fejn weġġajna lil xulxin. L-għaqda ġġibha wkoll bis-saħħa tal-persważjoni.”
Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fuq il-midja soċjali ta’ Facebook fejn insista li hemm bżonn inbiddlu l-attitudni u nifhmu li rridu naħdmu ‘l quddiem għal għan wieħed u li ser ikun qiegħed jieħu kull deċiżoni meħtieġa mingħajr biża’ u favur. Bernard Grech insista li hekk se jkompli jagħmel.
Il-Kap tal-PN saħaq li, “Illum għamilna pass ieħor li ser ikompli jsaħħaħ il-Partit. Wara llum il-PN ser ikun iktar b’saħħtu milli kien ilbieraħ jew dalgħodu sabiex jista’ jkun tassew l-alternattiva li għandu bżonn il-poplu Malti u Għawdxi.”