L-MDIA Tikkundanna L-Attitudni Tal-‘Instructor’ Li Tkellem Baxx Waqt Lezzjoni Tas-Sewqan

 L-MDIA Tikkundanna L-Attitudni Tal-‘Instructor’ Li Tkellem Baxx Waqt Lezzjoni Tas-Sewqan

Fi stqarrija ffirmata minn Nicholas Bray; President tal-MDIA (Malta Driving Instructor Association) saret referenza għall-filmat li tellajna ftit ilu fejn juri instructor jitkellem baxx ma’ persuna li qed titgħallem il-karozza minħabba żball fis-sewqan.

https://www.stradarjali.com/2021/04/bil-filmat-dagha-u-kliem-baxx-ma-xufier-li-suppost-qed-jghallmu-jsuq/

Qalet, li għalkemm tifhemm kemm huma stressanti t-toroq tagħna, l-MDIA tiddiżassoċja ruħha minn dan l-individwu u tikkundanna l-attitudni tiegħu.

Saħqet ukoll, li l-identità tal-persuna tiegħu mhux magħrufa fil-filmat u ma teskludix li dan jista’ ma jkunx instructor professjonali rreġistrat ma’ Transport Malta. “Dan ifisser li l-‘persuna  jista’ jkun instructor privat (bħal membru tal-familja stess) jew persuna li tippoża li hija instructor tas-sewqan”, tenna fl-istqarrija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com