“Ma’ Bernard Grech Ma Tafx Fejn Qiegħed” – Il-PL

 “Ma’ Bernard Grech Ma Tafx Fejn Qiegħed” – Il-PL

L-aħbar li l-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech ma ta ebda reazzjoni għall-konsultazzjoni pubblika dwar il-liġijiet li jirregolaw l-użu tal-kannabis hi prova oħra ta’ kif il-Kap tal-Oppożizzjoni ma jiddeċidix u miegħu ma tkunx taf fejn qiegħed. Hekk tibda l-istqarrija maħruġa mill-Partit Laburista fejn saħqet, li matul l-aħħar ġimgħat kienu diversi l-entitajiet u individwi fil-pajjiż li taw ir-reazzjoni tagħhom bħala parti minn din il-konsultazzjoni pubblika.

Tenniet li ħafna taw opinjoni differenti, li lkoll għandhom ikunu rispettati u meqjusa bħala parti mill-eżerċizzju li qed jagħmel il-gvern f’riforma oħra kuraġġuża li qed iwettaq filwaqt li qalet, li l-PL innifsu wkoll ressaq il-pożizzjoni tiegħu.

“B’kuntrast għal darb oħra reġa’ spikka s-skiet ta’ Bernard Grech li jibqa’ konsistenti fin-nuqqas ta’ kuraġġ li jiddeċiedi u jipproponi. Mhux ta’ b’xejn miegħu ħadd ma jaf fejn qiegħed”, temm jgħid il-Partit Laburista.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com