Ma Jinstab L-Ebda Każ Pożittiv Fid-Djar Tal-Anzjani Għat-Tieni Ġimgħa Konsekuttiva
Għat-tieni ġimgħa, waħda wara l-oħra, reġa’ ma nstab l-ebda każ pożittiv fid-djar tal-anzjani. Hekk tenniet is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci waqt l-aġġornament mediku ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa.
Tenniet li dan irid jitpoġġa f’kuntest hekk kif il-qraba, issa ilhom iżuru l-anzjani għal aktar minn xahar fejn m’għadhiex tintuża l-perspex filwaqt li l-protokolli kollha, qed ikunu meqjusa dejjem.
Il-Ministru Għall-Anjzani u l-Anzjanità Attiva Dr. Michael Farrugia, ftit ilu ħabbar li minn nhar it-Tnejn 17 ta’ Mejju, iż-żjarat fid-djar tal-anzjani se jitilgħu għal 3 darbiet fil-ġimgħa.
Il-professur Charmaine Gauci saħqet ukoll li fl-isptarijiet San Tumas, Karin Grech u Monte Karmeli m’hemm l-ebda każ pożittiv ta’ Covid-19.
Ritratt: Public Sector Executive