“Ma Ssibilha L-Ebda Nota Żbaljata – Għandha Tirbaħ” – Scott Mills

 “Ma Ssibilha L-Ebda Nota Żbaljata – Għandha Tirbaħ” – Scott Mills

Scott Mills li huwa magħruf li ma tantx jiżbalja dwar min se jirbaħ il-Eurovision u li minn sena għall-oħra jbassar ir-rebbieħa, din is-sena tefa’ għajnejh fuq Destiny f’isem Malta.

Tenna li “Ma tiżbaljax f’nota waħda” u mill-ewwel qal li se tgħaddi għall-finali tas-sibt li ġej. Fakkar li kienet rebħet il-Junior Eurovision meta kellha biss 13-il sena.

Qal ukoll li meta tara recording, taraha u tismagħha tkanta nota għolja u tistaqsi jekk hux se jirnexxielha tagħmilha live, kif fil-fatt irnexxielha.

Din is-sena jidher li hawn aspettattiva qawwija favur Destiny. Kuraġġ Destiny u awguri għall-mitt darba.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com