Malta Bl-Ikbar Persentaġġ Ta’ Nies Imlaqqma Kontra L-COVID-19

 Malta Bl-Ikbar Persentaġġ Ta’ Nies Imlaqqma Kontra L-COVID-19

Malta għandha l-ikbar persentaġġ ta’ nies li tlaqqmu kontra l-COVID-19.

Dan intqal minn Euronews, fejn kienet kwotata statistika maħruġa minn Our World in Data.

Jirriżulta li 23.2% tal-popolazzjoni f’Malta ħadet il-vaċċin tal-Coronavirus. Ċifra li tpoġġi lil Malta fl-ewwel post f’termini ta’ persentaġġ, quddiem ir-Renju, is-Serbja u l-kumplament tal-pajjiżi Ewropej.

Il-pajjiżi li għandhom l-inqas persentaġġ tal-popolazzjoni mlaqqma huma l-Finlandja, il-Bulgarija u l-Latvja.

Huwa stmat li f’Malta ingħataw 72,585 vaċċin għal kull 100,000 persuna, u dan ipoġġi lil Malta t-tieni wara r-Renju Unit, bi ftit iktar minn 1,000 vaċċin għal kull 100,000 persuna.

Intant, Malta kienet fost 16-il pajjiż fejn l-ewwel vaċċin ingħata lill-ħaddiema tas-saħħa. 14-il pajjiż ieħor taw l-ewwel vaċċin lill-anzjani, filwaqt li t-Turkija, is-Serbja, il-Bulgarija u r-Reppublika Ċeka taw l-ewwel vaċċin lill-politikanti.

Id-data miġbura minn Euronews ġejja minn sorsi uffiċjali tal-Gvernijiet rispettivi u rapporti fil-midja.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com