Malta Llum Laħqet Il-‘Herd Immunity’
Malta llum laħqet l-immunità tal-massa, magħrufa bħala ‘herd immunity’. Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt konferenza tal-aħbarijiet.
Dan hekk kif sal-lejla se jkunu tlaqqmu b’minn tal-anqas doża waħda 70% tal-adulti, waqt li 42% huma mlaqqma kompletament.
B’kollox ingħataw 475,000 doża tal-vaċċin, hekk kif qed tingħata tilqima kull 5 sekondi.
Fil-konferenza tal-aħbarijiet tħababr ukoll li mill-1 ta’ Lulju ser jitneħħa l-obbligu tal-ilbies tal-maskra fl-apert għal dawk il-persuni li jkunu ħadu t-tilqima u f’każ li ma jkunx hemm aktar minn żewġ persuni.