Malta Ser Tospita Il-Kungress Tad-Delegati Ta’ Badminton Europe Fl-2022

 Malta Ser Tospita Il-Kungress Tad-Delegati Ta’ Badminton Europe Fl-2022

Malta ġiet magħzula biex tospita u torganizza il-Laqgħa Ġeneral Annwali tad-Delegati ta’ Badminton Europe kif ukoll il-Kungress tal-membri fl-2022. L-għażla ta’ Badminton Europe ġiet mħabbra fil-laqgħa ġenerali annwali ta’ din is-sena, li din id-darba ġiet organizzata b’mod virtwali minħabba is-sitwazzjoni preżenti.

Il-ħamsa u ħamsin edizzjoni ta’ dan l-avveniment ser tara assoċjazzjonijiet kollha tal-Badminton fl-Ewropa jiġu rappreżentati u jiddiskutu diversi aspetti tal-Badminton fl-Ewropa. Il-President ta’ Badminton Europe Peter Tarcala qal li Badminton Europe kellhom numru ta’ sottomissjonijiet għall-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment iżda id-deċiżjoni li dak isir Malta kienet l-aqwa għażla. Hu żied li hu dejjem jistenna’ l-aqwa u li jkompli jitjieb il-livell ta dan il-kungress kull sena.

Brian Agerbak, is-Segretarju Ġenerali ta’ Badminton Europe huwa kuntent li ser jara pajjiż ġdid li se jospita dan l-avveniment, li huwa wieħed mill-ikbar avvenimenti annwali li jsiru fi ħdan Badminton Europe. Huwa qal: “Ninsab kuntent ħafna li Malta ħadet dan il-pass u għandhom l-ambizzjoni li jorganizzaw dan il-Kungress. Dan huwa biċċa xogħol kbira għal Assoċjazzjonu żgħira bħal Badminton Malta. Malta hija destinazzjoni fantastika għalina u ninsab ċert li ir-rapprezentanti kollha tal-Assoċjazzjonijjiet jinsabu ħerqana biex iżuru l’Malta f’April li ġej.

Owen Grech, President ta’ Badminton Malta qal li huwa kburi u kuntent li Malta ser tospita’ dan l-avveniment importanti f’Malta. “Din hija opportunita’ perfetta biex nuru is-sbuħija ta’ pajjiżna mal-kollegi tagħna Ewropej. Inħarsu ‘l quddiem biex narawhom is-sena id-dieħla. Din hija l-ewwel darba li Malta ser torganizza dan l-avveniment.

 

Ritratt: Badminton Malta

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com