Malta Terġa’ Tikseb L-Ewwel Post Fil-Qasam Ta’ LGBTIQ

Għas-sitt sena konsekuttiva Malta terġa’ tiġi kklassifikata fl-ewwel post fejn jidħlu drittijiet tal-persuni LGBTIQ, fl-indiċi ILGA-Europe. Dan l-indiċi, janalizza l-qasam tal-persuni LGBTIQ f’49 pajjiż madwar l-Ewropa.
Aparti minn hekk, Malta kompliet ittejeb il-punteġġ mogħti lilha, din id-darba b’ħamsa fil-mija.
Il-Prim Ministru Robert Abela jitkellem dwar dan ir-riżultat importanti fuq il-mezzi soċjali u jisħaq l-impenn tal-Gvern Malti li jibqa’ jsaħħaħ dan is-settur tul is-snin li ġejjin.
Ritratt Prinċipali: Travel Gay