Malta Tibgħat 20 Magna T’Ossiġnu Lejn L-Indja

 Malta Tibgħat 20 Magna T’Ossiġnu Lejn L-Indja

Pajjiżna bagħat 20 magna t’ossiġnu lejn l-Indja biex tgħin fil-ġlieda li għaddej minna kontra l-qilla tal-pandemija tal-Covid-19.

Dan tħabbar fuq twitter mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo fejn tennew li dawn qed jintbagħatu f’diversi sptarijiet f’New Delhi.

Din kienet inizjattiva tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, bil-kollaborazzjoni tal-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u l-Ministeru għas-Saħħa, liema donazzjoni se toffri soljev qawwi għall-Holy Family Hospital fil-belt kapitali tal-Indja, New Delhi, li hija fost l-agħar milquta mill-imxija tal-pandemija, u dan hekk kif maqbul mad-direttur ta’ dan l-isptar.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com