Mara Ta’ 32 Sena L-Isptar Wara Inċident Fil-Ġnejna
Mara ta’ 32 sena residenti l-Belt Valletta, kellha tittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei wara li waqħet minn għoli waqt li kienet miexja fil-limiti tal-Ġnejna.
Il-Pulizija kienet infurmata għall-ħabta 13.30, li hemm bżonn l-assistenza u minnufih marret fuq il-post flimkien ma’ tim mediku. Minħabba li l-post fejn kienet tinsab il-mara ma kienx aċċessibli, kienu mitluba jassistu membri tal-Protezzjoni Ċivili u dawk tal-Forzi Armati ta’ Malta .
Il-mara ttieħdet l-isptar u aktar tard, ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.