Mara Twelled Disat Itrabi F’Daqqa
Fil-Marokk, mara ta’ 25 sena welldet disat itrabi, tnejn aktar minn dak li kienu ħasbu t-tobba.
Halima Cisse, mara mil-Mali intbagħtet il-Marokk b’ajruplan ħalli tkun tista’ titpoġġa taħt l-attenzjoni ta’ speċjalisti. Dan kellu jsir minħabba li t-tobba tal-Mali kienu inkwetati li wħud mit-trabi kienu f’riskju li ma jgħixux u allura, il-gvern tal-Mali kellu jintervjeni.
Wara ħmistax fi sptar f’Bamako, il-kapitali ta’ Mali, ittieħdet deċiżjoni li l-omm tittieħed fil-Marokk. Wara ħames ġimgħat hija welldet lit-trabi.
It-tfal, ħamest ibniet u erba’ subien twieldu wara ċesarja u jinsabu fi stat ta’ saħħa tajba.