Marcelina Jiffirma Għal Staġun Ieħor Ma’ Hamrun Spartans
![Marcelina Jiffirma Għal Staġun Ieħor Ma’ Hamrun Spartans](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/05/119482279_3636522783047319_7509500210995749840_n-850x560.jpg)
Il-midfielder brażiljan Emerson Marcelina mistenni li jerġa jilbes il-flok ta’ Hamrun Spartans FC staġun ieħor wara li ġedded il-kuntratt maċ-ċampjins tal-istaġun 2020 / 2021.
Marcelina kien ingħaqad ma’ Hamrun fis-sajf li għadda wara li kien ħalla lill- Nadur Youngsters FC. F’Malta huwa kellu wkoll esperjenzi ma’ Floriana FC u anke Birkirkara F.C.
Il-plejer ta’ 30 sena kien pedina importanti ħafna fit-tim ta’ Mark Buttigieg sabiex intlaħaq tragward importanti ħafna, dak tar-rebħ tal-kampjonat.
Ritratt: Hamrun Spartans