Marret Tixtri Biljett Tal-Super 5 U Qalulha Li Rebħet

Mara li ilha tilgħab l-istess numri tas-Super 5 għal 30 sena sħaħ marret tixtri l-biljett tas-soltu kif tagħmel ta’ kull ġimgħa u l-aġent fil-banka tal-lottu qalilha li hi kienet rebħet għaliex telgħulha n-numri fit-12 ta’ Mejju.
Maltco sostniet li kien aġent tagħhom fiż-Żejtun li ta l-aħbar sabiħa lill-mara; Caroline Attard li rebħet bin-numri: 10 – 27 – 11 – 17 – 4
Hija rebħet €112,500 fejn kien hemm qarib ieħor tal-istess mara li rebaħ l-istess ammont għaliex jieħdu l-istess numri.
Awguri lilhom.