Meta Muammar El Ghaddafi Żar Pajjiżna

 Meta Muammar El Ghaddafi Żar Pajjiżna

Il-President Muammar El Ghaddafi tal-Libja kien beda żjara f’Malta bħal-lum 21 ta’ Mejju tal-1976.

Huwa kien ingħata l-unur onorarju ta’ Sieħeb il-Ġieħ ta’ Ġieħ ir-Repubblika. Matul iż-żjara kien intlaħaq ftehim li t-tilwima dwar il-linja medjana tittieħed quddiem il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja.

Lura fl-2011, Ghaddafi kienu tneħħewlu l-unuri kollha minħabba dak li kien ġara f’pajjiżu. Il-fatt li bniedem b’unur ikun miet, l-unuri awtomatikament jitneħħew iżda f’dan il-każ, sar aċċenn li l-Gvern Malti kien qed ineħħiehomlu b’mod uffiċjali.

Ritratt: Il-Kurunell Muammar al Gaddafi fil-Belt Valletta wara li rċieva l-ogħla unur. Miġbud bit-23 ta’ Mejju tal-1976 minn Hulton (Getty Images)

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com