Meta Se Nitgħallmu Li Teżisti Kritika Kostruttiva?

 Meta Se Nitgħallmu Li Teżisti Kritika Kostruttiva?

Bħal dejjem, tikteb opinjoni, ħsieb jew kritika KOSTRUTTIVA, tistenna li tirċievi baraxx ta’ tgħajjir u nsulti.

Imma nistaqsu, il-poplu tagħna ma jafx li tista’ tikkritika għall-ġid? Jew iħoss li l-kritika qiegħda hemm biex twaqqa’ lil dak li jkun?! Kif jaħsbuha l-Maltin u l-Għawdxin?

Ovvjamewnt, bħal dejjem, mhux kulħadd! Imma din saret tiġri spiss.

Rajnieha anke fil-każ tal-Eċċellenza Tiegħu President ta’ Malta meta tkellem dwar bini mostruż fiż-Żejtun ftit jiem ilu. Xita ta’ nsulti u tgħajjir ieħor. Għaliex?

Fil-każ tal-istorja fuq l-ilbies ta’ Destiny, aħna kkwotajna lil ħaddieħor kif ukoll bl-ebda mod ma rreferejna; la aħna u anqas il-persuna li kitbet, għall-figura tagħha. Biss biss wieħed jaħseb f’Netta mill-Iżrael li rebħet il-Eurovision fl-2018. Kien ħaqqha, irrelevanti kif u come l-personalità hi.

Ngħixu f’dinja qegħdin!!! Billi xi ħadd jikkritika għall-ġid, għandna napprezza li hemm persuni jagħtu kas għax iridu l-ġid… jew sirna naħsbu mill-ewwel, li qed noħorġu l-kanuni għal xulxin?

Possibbli sirna daqshekk negattivi?

Min-naħa tagħna, nerġgħu ntennu l-appoġġ sħiħ għal Destiny… Forza Malta!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com