Mill-Lum Rilaxx Ta’ Iktar Miżuri!

 Mill-Lum Rilaxx Ta’ Iktar Miżuri!

Jidher li pajjiżna qiegħed ikompli miexi fit-triq it-tajba fil-ġlieda kontra l-COVID-19, hekk kif mill-lum qegħdin naraw iktar jilaxx ta’ miżuri, kif kien imħabbar fil-jiem li għaddew.

Mill-lum ir-ristoranti u l-isnack bars ser jitħallew jifħu sal-ħin tal-5pm. Il-massimu ta’ persuni fuq kull mejda huwa ta’ 4 persuni. Wara il-ħin tal-5pm jista’ jsir is-servizz ta’ takeaway. 

Wara stennija kbira mill-lum ser jibda ukoll it-taħriġ tal-isport professjonali kollu, filwaqt li l-isport li ma jirrikjedix kuntatt fiżiku ser ikompli mingħajr spettaturi. Ser ikomplu ukoll l-attivitajiet ekstrakurrikulari u l-lezzjonijiet tad-duttrina. 

Mill-lum f’pajjiżna ser nerġgħu naraw il-ftuħ tas-swieq fil-miftuħ, kif ukoll tneħħew ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar lejn il-gżira Għawdxija.

Jidher li bil-mod il-mod qegħdin naraw il-ħajja soċjali tagħna terġa’ tieħu l-ħajja. Iżda dan dejjem għandu jsir fil-gwida tal-miżuri imħabbra minn żmien għal żmien mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, sabiex nieħdu ħsieb saħħitna u saħħet dawk ta’ madwarna.

Infakkru lill-pubbliku li t-8 edizzjoni tal-Valletta Green Festival, fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta ser tibqa’ għaddejja sal-ġurnata ta’ għada, it-Tlieta 11 ta’ Mejju. Inħeġġu lill-pubbliku sabiex jattendi u jammira l-ġmiel ta’ l-ikbar infjorata magħmulha minn 90,000 xitla tal-fjuri. Ix-xogħol tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qiegħed jiġi mfaħħar għas-sbuħija ta’ din l-arti li qegħdin naraw esebita fil-Belt Valletta f’dawn l-aħħar jiem, bit-tema ‘Tniġġis Żero’.

Ritratt: Facebook/ Valletta Cultural Agency

Ritratt Prinċipali: Facebook/ Gozo Channel Operations Limited

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com