Mill-Qorti: Appell Lill-Ministru tal-Ġustizzja

 Mill-Qorti: Appell Lill-Ministru tal-Ġustizzja

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Dr. Joseph Mifsud, “tistieden lill-Ministru tal-Gustizzja u lil dawk kollha li jikkummentaw dwar dewmien fil-Qrati tagħna biex ikun hemm deċiżjoni biex tassew jagħrfu x’inhuma l-problemi li jiffaċjaw ta’ kuljum dawn il-Qrati biex jippruvaw jagħmlu d-dmir tagħhom fi żmien raġonevoli”.

Dan intqal wara li l-Qorti ma setgħetx tifhem x’ġara bejn l-imputat Stephen Kyereme u l-Avukat Difensur għaliex l-imputat ikkopera mal-Qorti u dejjem attenda għas-seduti, anke meta l-proċess twal mhux tort tiegħu iżda minħabba l-mod kif tmexxa min-naħa tal-Avukat Ġenerali fejn ittieħdu snin biex inħargu l-Artikoli. Il-Qorti tqis dan id-dewmien bħala mhux aċċettabli. 

Dan il-każ jidher li dam iktar minn erba’ snin għaddej.

Il-kaz seħħ fl-1 ta’ April 2017, f’Rahal Ġdid fejn l-imputat ikkaġuna ġrieħi gravi fuq Kofi Asante. Mill-provi rrizulta li waqt il-ġlieda Kyereme kiser imnieħer Asante. 

Il-Qorti isib lill-imputat ħati tar-reati detotti kontrih u tqis ukoll kif u għaliex seħħet il-glieda, u il-fatt li l-imputat waqt il-ġlieda weġġa’ gravissimu minn feriti kommessi minn Asante.

Ritratt: Newsbook

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com