Min Jikseb Il-Liċenzja Tas-Sewqan Se Jkun Offrut Kors Tal-First Aid B’Xejn
Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg ħabbar proġett li se jkun qed joffri 200 kors tal-first aid b’xejn għal min jikseb il-liċenzja tas-sewqan. Dan bħala parti mill-kampanja bl-isem ‘Embrace Life 2021’, maħsuba mill-Malta Road Safety Council, Touring Club Malta, li huma membri fl-istess kunsill, u bl-appoġġ totali ta’ Transport Malta
L-andament tal-proġett se jkun li minn Ġunju li ġej sa Settembru, 50 sewwieq fix-xahar li jiksbu l-liċenzja tas-sewqan se jkunu jistgħu japplikaw volontarjament biex jattendu l-kors li hu fuq bażi ta’ ‘first come first served’.
Il-Ministru Borg faħħar din l-inizjattiva u spjega kif l-għan huwa li jitkompla jitnaqqas in-numru ta’ inċidenti fit-toroq tagħna.
Wera l-apprezzament tiegħu lejn l-FIA (Federation de la Automobile) u l-President tal-Federazzjoni Jean Todt li emmnu, aċċettaw, u ffinanzjaw kompletament dan il-proġett u stqarr li din se tkun inizjattiva oħra ta’ suċċess u li se tħalli l-frott tagħha.