Minn Għada Evita Triq Il-Wied F’Ħal Qormi

Huwa tajjeb li nippjanaw it-traġitti tagħna biex nevitaw ukoll it-traffiku u għalhekk ħassejna li għandna ninfurmawkom bl-avviż tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi fejn minn għada t-Tlieta 4 ta’ mejju sas-Sibt 15 ta’ Mejju, triq il-Wied se tkun magħluqa għat-traffiku.
Se tkun magħluqa bejn is-7.00 u l-17.00 fejn se jkun qed isir xogħol ta’ asfaltar.
It-Traffiku se jkun iddevjat kif ġej:
Minn Triq il Wied direzzjoni Triq il-Mitħna se jiġi ddevjat għal Triq l-Għadira.
Minn Triq il-Mitħna direzzjoni Triq il-Wied se jiġi ddevjat għal Triq l-Għargħar. Access għal Triq l-Għargħar se jkun biss minn Triq il-Mitħna.
Residenti ta’ Triq Mons. Gerald Frendo se jingħataw aċċess mit triq li normalment toħroġ għal Triq il-Wied.
